fbpx

Karnival 2021

Miktub minn
Reklam

Ovvjament minħabba din il-misħuta pandemija, din is-sena l-Karnival ta’ Malta ser jkun differenti. Għalkemm mhux ser naraw karrijiet tradizzjonali, Festivals Malta xorta se jirnexxielha twassal il-brijju tal-karnival f’diversi lokalitajiet f’Malta permezz ta’ stallazzjonijiet statiċi fit-toroq.

Dawn l-istallazzjonijiet ġew iddisinjati mill-illustraturi u artisti lokali Amber Seychell, Eric Leone u Lisa M Kähler u ser jiġu maħduma mill-parteċipanti tal-Karnival.

L-istallazzjonijiet ser jkunu qegħdin stazzjonati –
Pjazza Fra Diegu, il-Ħamrun
Ir-Roundabout ta’ Ħal Qormi (Tal-Imgħallaq)
Ir-Roundabout ġo Triq Sant’Andrija (fejn l-ex-Forum Hotel), Swieqi
Triq Aldo Moro, il-Marsa
Id-daħla prinċipali tal-Isptar Mater Dei, Msida
Il-Pjazza tar-Raħal Ġdid.

Waħda mill-elementi tant magħrufa tal-Karnival Malti huma l-kostumi, u għalkemm din is-sena l-programm taż-żfin bil-kosumi mhux ser iseħħ, Festivals Malta xorta waħda ser iżżomm it-tradizzjoni tal-kostumi meraviljużi tal-Karnival.

Din is-sena, il-kostumi ser ikunu esebiti ġo Spazju Kreattiv mill-5 ta’ Frar sas-7 ta’ Marzu, fejn il-pubbliku jista’ jmur u japprezza d-dettall tagħhom aktar mill-viċin.
It-temperatura ser tittieħed mal-bieb. Każijiet b’sintomi ta’ riħ mhux ser jitħallew jidħlu. Il-maskri għandhom jintlibsu kull ħin u d-distanza soċjali għandha tiġi rrispettata l-ħin kollu.

Aktar informazzjoni fuq: https://www.festivals.mt/karnival

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese