fbpx

“Ġieli rebħitni d-dipressjoni”

Miktub minn
Reklam

Fis-sitt programm minn din l-iskeda X’sar Minnhom? Il-mistieden, Joe Borg.

Attur li ilna ftit ma narawh fuq palk. Forsi ftit huma dawk li kienu jafu li Joe, kiteb 60 script ta’ pageants bibliċi.

Fl-istess programm, Joe stqarr li meta kien żgħir kellu inferiority-complex kbira. Fil-fatt meta kienu jkelmuh xi għalliema, ġieli kien jibki bil-mistħija.

“ma jemmnunix meta ngħidha. Ġieli rebħitni d-dipressjoni”

Joe Borg

Joe tkellem ukoll dwar għalkemm l-attur narawh f’diversi produzzjonijiet inkluż fil-kummiedji, ftit ikunu dawk li jemmnu li l-attur jista jkun għaddej minn żmien diffiċli. Filfatt stqarr illli ġieli rebħitu id-dipressjoni.

Fit-tieni parti, il-kumpless li sa ftit tas-snin ilu kien popolari maż-żgħażagħ, ir-Raffles.

Il-post fejn il-mużika New Romantics, Duran Duran, Samantha Fox u
Soft Cell kienu popolari.

Apparti l-mużika kull sena, kienu jsiru kompetizzjonijiet taż-żfin.

Xi ħaġa li kien magħruf għaliha dan il-post kienet l-art ta’ fejn wieħed kien jiżfen. Kienet qisha bħall ta Studio 54. Eżatt bħal ta’ Saturday Night Fever!

Fis-sena 1992, il-post inħakem minn nirien qawwija fejn il-parti l-kbira tal-bini  b’mod partikolari l-parti fejn qabel kienet tintuża bħala d-diskoteka, inqerdu għal kollox.

Għad jerġa jiġi bħalu dak iż-żmien?

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese