fbpx

L-EWWEL ĠURNATA TAL-UNIVERSITA’ – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

Ansjeta’. Terrur. Tferfir. Ġenn biex il-ġurnata tikkonkludi. Għażel kors li qatt ma kien sema’ bih. U ma jafx proxxmu li għażel bħalu. Totalment differenti mis-suġġetti li kellu. Minn Malti u Ingliż mexa għall-kors iffokat fuq il-ħidma maż-żgħażagħ u l-komunita’. Is-soċjeta’ kienet għal qalbu. Ħa din id-deċiżjoni minkejja li ma kienx ċert li hija tajba jew li se tirnexxi.

Qed jistenna fil-kurutur quddiem il-kamra ċkejkna immens fejn kien se jkollu l-ewwel lezzjoni Universitarja. Jibgħat il-ħabiba tiegħu li ma jafx x’għamel b’idejh u fittex jeħles ħa jitlaq l’hemm. Ra bosta nies ħdejh iħarsu lejn l-istess kamra. Ovvjament kienu għal hemm. Qalbu bdiet tħabbat sebgħa sebgħa. Iħares lejn kullimkien ħlief lejn nies oħra. Mitt ħsieb bdew għaddejjin minn moħħu. Jiddiskrivi kull persuna f’moħħu, u jgħid bejnu u bejn ruħu:

“Tgħid nikklikkja magħhom?”, isaqsi lilu nnifsu mimli ansjeta’.

Kif daħal poġġa fir-rokna. Ħareġ il-karti u lapes. Beda jħares lejn ix-xejn, għax beda jħossu delużjonali li ħa kors hekk meta ma kien jaf il-ħadd. L-ewwel lezzjoni nzertat waħda interattiva u mimlija attivitajiet biex isiru jafu l-xulxin. Attivitajiet biex jibdew jibnu grupp bejniethom u javdaw lil xulxin. Eserċizzju minnhom kien li jsibu lil xi ħadd u jaqbdu parlata flimkien. Sab numru kbir ta attributi u karatteristiċi simili u kklikkja malajr ma’ din it-tfajla tant ħanina u ġenwina. Attivita’ partikolari kienet li jinqasmu f’pari, fl-oppost ta’ xulxin. U kellhom jipprogressaw lejn xulxin sakemm il-pari jħossuhom komdi. U kien par ma’ studenta oħra. Mara bl-ikbar tbissima li timla l-atmosfera b’pożittivita’. Sabha pjuttost faċli dan l-eserċizzju għax kemm din l-istudenta u ħaddiehor kienu nies li jattirawk lejhom.

Ħareġ minn dik il-lezzjoni ta’ tliet sigħat iħossu persuna differenti. Tant kemm ħassu komdu li anke qattgħu l-ħin liberu tagħhom flimkien sakemm bdiet l-aħħar lezzjoni. Kienet lezzjoni ferm distinta minn oħrajn. Waħda ‘normali’ jekk tista’ ssejħilha hekk. Iżda xorta waħda li tgħaddiha, jekk ikollok il-kumpanija t-tajba. U dan il-ġuvni ħassu li kellu l-aħjar grupp, li bil-mod il-mod ġa beda jħossu ma’ familja spontanja. U telaq lura d-dar bi tbissima massiva, lest għal ġurnata li jmiss magħhom.

TMIEM

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese