Topo Gigio kien il-karattru ewlieni f’programm tat-tfal fuq l-istazzjonijiet televiżivi u ikona tal-kultura pop Taljana.
Ġie maħluq fl-1958 mill-artista Maria Perego.
Dan il-pupazz ta’ 25 ċm, kellu bżonn 4 minn nies. Tlieta biex imexxuh u wieħed biex joħloq il-vuċi.

Gigi, kif ġie imlaqqam dan il-ġurdien, għamel id-debutt tiegħu bħal-lum 11 ta’ Frar, 1959, bil-vuċi tal-attur Giuseppe Mazzullo – Peppino u wara minn Davide Garbolino.
Dam popolari għal diversi snin fosthom bil-preżenza tiegħu fuq Zecchino D’Oro.