Fis-seba’ programm ta’ X’sar Minnhom? il-mistieden se jkun il-kantant Ray Axisa.

Għalkemm Ray kellu iktar minn 40 kanzunetta, jibqa’ magħruf għall kanzunetta ‘Għadna Żgħar’. Liem kanzunetta Ray kanta meta kellu biss 15-il sena.
Fit-tieni parti tal-programm, l-iskola Abram Gatt fil-Kalkara li serviet bħala skola tas-snajja mis-sena 1977. Imsemija għall iskultur Bormliż, Abram Gatt. Skola b’veduta mill-isbaħ tal-port il-kbir.