Attriċi veterana, mara tal-familja u omm.
Ġemma Portelli bdiet taħdem fix-xandir ta’ età żgħira permezz
tar-rediffusion. Fl-1957, ingħaqdet mar-Radju Muskittieri flimkien
ma’ Charles Clews u Johnny Catania.
Ftit snin wara, waqqfet kumpanija teatrali mar-raġel tagħha bl-isem
ta’ Blue Birds biex tipproduċi programm għat-tfal.
F’Ottubru, 1976, saret l-ewwel drama televiżiva F’Baħar Wieħed fejn Ġemma ħadmet il-parti prinċipali ta’ Ġoma. Tiftakarha?
Fis-sena 2000 ingħatat il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
Ingħatat ukoll il-Charles Arrigo Lifetime Achievement Award fil-GO Malta Television Awards fl-2007.

Ġemma tilfet lil żewġha Paul fid-29 ta’ Jannar tal-2001 u minn dakinhar, saħħitha bdiet sejra lura. Pero’ għalkemm marida, ħadmet is-serje
Ta’ Ħorrox Borrox b’sagriffiċji kbar.
Ġemma Portelli ħalliet din id-dinja bħal-lum 13-il sena ilu, fl-età ta’ 75 sena,.