Il-kwarantina u d-distanza soċjali issa saru komuni madwar id-dinja hekk kif il-gvernijiet qed jagħmlu l-aħħar sforz biex jiġġieldu din il-pandemija.
Il-kwarantina tista’ tħalli effetti serji fuq is-saħa mentali. Għalhekk, aħna qed inwasslulkom xi pariri mportanti dwar kif għandek tieħu ħsieb waqt li toqgħod id-dar.
· Żomm il-kuntatt
Li tibqa’ f’kuntatt ma’ oħrajn mhux biss tnaqqas mid-dwejjaq, iżda timminimizza s-sens ta’ iżolament. Ikkomunika mal-ħbieb u l-familja fuq
it-telefon u fuq il-midja soċjali.
·Oħloq rutina
Ibdel il-piġama, inħasel u agħmel l-affarijiet kollha li trid tagħmel kuljum biex toħloq sens ta’ normalità u produttività.
·Aqra u agħmel xi passatemp
Uża l-ħin żejjed biex tgawdi l-affarijiet li tixtieq tagħmel. Fuq il-paġna TEKTEK issib diversi modi kif tagħddi l-ħin!
· Sib x’tagħmel
Iġġieled kontra l-frustrazzjoni u d-dwejjaq. Ara xi serje ġdida jew organizza xi kexxun jew il-gwardarobba. Xi ħaġa ssib x’tagħmel żgur!
· Ħu ħsieb ġismek
Kul tajjeb għas-saħħa, ħu l-vitamini neċċessarji u ipprova sib ħin biex tgħamel ftit eżerċizzju kuljum. Tista’ ssib bosta klassijiet ta’ workout fuq
l-online. Ibda pprattika l-meditazzjoni.
· Aħseb fuq il-pożittiv
Isma u aqra stejjer pożittivi. Għid grazzi lil dawk li qed jaħdmu bla heda biex isolvu s-sitwazzjoni.
Jekk qed tħoss l-istress, ansjetà u emozzjonijiet negattivi, Staqsi għal għajnuna professjonali.
Ftakar li dawn il-miżuri huma temporanji.
Qed ngħixu dan il-mument flimkien.
Ħu ħsieb!