Uċuħ josservaw il-xulxin. Jiċċassaw. Ma jafux x’se jagħmlu.
“Issa lil min ħa nbeżżgħu?”, bdiet tgorr is-saħħara.
Il-fantażmna iħares lejn ix-xejn. Jidher mitluf. Il-vampir jistaħba fid-dell iħares bl-ikrah lejn il-kreatura nofsu lupu u nofsu raġel. Jikxfu sninhom lejn xulxin.
“Oj, ieqfu naqra! Qiskom l-imbeċilli. Aħjar isemmgħu lil min ħa nġegħlu jpixxi taħtu din is-sena…”, reġgħet bdiet tgerger u tilmenta s-saħħara.
Il-kumplament igedwdu minn taħt.
Iż-‘zombie’ għolla spalltu. Il-mummja prova jagħmillha sinjal.
“Ejja tkellem għaref. Imsomma mela int taf kif!”, għolliet leħinha miegħu.
Qabeż id-dimonju. Rażżan ilsienek saħħara.
“Ma tafx li b’din il-pandemija li nqalgħet ħadd ma jista’ jagħmel xejn. Min ħa jirriskja ħajtu, mhux għax kollha għandkom ħajja ta’, imma min ħa jirriskja ħajtu jmur ħdejn dawk il-bnedmin?”, beda jilgħabha tal-avukat.
Kien hemm ‘goblin’ aħdar u waħxi. Qabad jirridikola s-saħħara. U f’ħabta u sabta b’ħarsa sinistra is-saħħara trasformatu għal mogħża.
“Imma kif dejjem hekk int! X’inti żorra.”, kulħadd ħatafha.
“Allura din is-sena ħa noqgħodu nħarsu lejn xulxin?”, qabeż il-‘yeti’.
Il-kumplament baxxew rashom. Kulħadd ma jafx x’se jagħmel. Sens ta’ apatija kbira. L-għan tagħhom mitluf. Jekk mhux ħa jbeżżgħu, x’se jagħmlu?
“Tgħidlix li ħa jkollna nkunu um-um-a-ani… ommima anke ngħidha ħa naqla’ żrinġ!”, bdiet teqred is-saħħara b’ton imdardar.
Kulħadd jewdhen. U jikkontempla. Jistennew biex xi ħadd minnhom joħroġ b’xi idea brillanti. Imma bit-tama’ baqgħu. Kulħadd ried idea faħxija u ta’ malinjita’, iżda xejn ma ntqal. Sakemm karbet il-‘banshee’.
“Il-ħanina, għandek għalfejn iżarżar griżmejk daqshekk!”, kulħadd gergirlha.
“Mmm, ma tantx naf ma niftaħx il-ħanġra jien imma nipprova. Imsomma, tgħid nipprovaw nagħmlu xi ħaġa novizza? Nilgħabu xi logħba bejnietna jew naraw xi film fejn dawn il-bnedmin ipprovaw jikkupjawna… nidħku ftit bihom żgur, jew naraw jekk m’humiex nies li jagħmlu dannu u ingann daqsna, x’taħsbu?”, qalet bl-ikbar kunfidenza.
Ħarsa kerha wara l-oħra. Kulħadd jgħidilha l-istess frażi: “Int bis-serjeta’? Att uman, jew? Jekk għandix.”
Bdiet tipprova tispjega’ għala le. M’għandhomx għalfejn ibeżżgħu. Jistgħu jbiddlu r-rutina għal darba. U din l-opportunita’ tagħhom. Jesploraw esperjenzi ġodda. Ftit ftit il-folla bdiet titbattal. U wara monologu estiż ikkonkludiet bi frażi ta’ ħsieb:
“Mhux il-mostri kollha jagħmlu azzjonijiet mostrużi.”
Il-massa tal-mostri ssiektu. Nofs li kienu baqgħu, telqu l’hemm. Iduru mal-madwar. Iduru fix-xejn. Id-dimonju, il-mummja, is-saħħara, il-fantażma, il-lupu, il-vampir u par pupi baqgħu hemm. Resqu viċinha. Kollha qalu xi tip ta’ risposta.
“Ejja ħa naraw x’kompetizzjoni għandna ma’ dawn il-biċċa ta’ bnedmin”, daħak id-dimonju.
“Uwijja, nibqa’ miegħek jien. Għax int ta’.”, qalet is-saħħara.
Il-mummja xengel rasu. Il-ħares baqa’ jiċċassa. Imma qisu beda jistenna l-imbierek film biex jibda.
“Jien noqgħod basta mhux ħdejn dak l-annimal li jerda’ d-demm”, beda jingħi l-lupu.
Il-vampir qaleb għajnejh. “Ejjew fid-dell u ibdewh meta tridu”, talabhom bl-arroganza.
“Dawn ara. Għazlu bejn ‘The Purge, Scream jew Annabelle. Fuq qtil u orrur. Kemm inħobb.”
Bdiet melodija li tqajjimlek ġismek xewk xewk. Tinstema’ minn taħt. “Din minn fejn ġej-?”
“Iiii dak il-film fuqi! Naraw lilu bilfors. Inkella jgħarralkom sbieħ tiegħi”, tbissmet Annabelle.
Kulħadd ipprova jaħseb minn fejn inqalgħet din l-imbierka. Iberrqu għajnejhom. Inħasdu. Ħarsu tnejn lejn xulxin u poġġew bilqiegħda. Saddew ħalqhom u bdew il-film.
TMIEM