Fil-programm X’Sar Minnhom? il-mistieden tal-lejla kien Alfred Debono.
Gowler li kellu karriera nteressanti.

Fl-istaġun 1971-1972 rebaħ il-Best Footballer of the Year. L-ewwel gowler li rebaħ dan l-award.
Lagħab mat-timijiet ta’ Malta Youths, Melita, Rabat, Sliema Hibernians u
l-Belt.
Fil-programm Alfred irrakkonta kif flimkien ma’ 3 Maltin oħra tela’ jittrenja b’mod professjoanli Fl-Istati Uniti.

Fit-tieni parti tal-programm, morna niċċaqilqu ftit it-Tigullio, jew kif kien magħruf ir-Rocky Valley, f’San Ġiljan.
Interessanti kif minn Skating Ring għal Elvis, Rock ‘n’ Roll, Pink Floyd, Ryan Paris u Soft Cell għall mużika moderna.

Iż-żmien biddel ħafna affarijiet u minn bar żgħir f’nofs il-kampanja, dan inbidel għal kif nafuh illum.
X’Sar Minnhom? jixxandar fuq TVM kull nhar ta’ Tlieta fl-22:05