fbpx

Daqshekk l-Ewwel Parti – Storja miktuba minn Mandy Cilia

Miktub minn
Reklam

Daqshekk, kienet deċiża li llum tagħmel dak li għandha tagħmel.

Kif daħlet fil-kamra ta’ uliedha kienet ħa terġa’ tmur lura minn dak li ddeċidiet ftit qabel imma r-ras stinata tagħha ma ħallitiex tagħmel dan. It-tfal kienu mitlufin fl-isbaħ raqda imma malajr qajmithom minn hemm biex tlibbishom.

‘’Fejn sejrin mamà?’’ Qaltilha bintha ta’ ħames snin.

‘’Ħa mmorru dawra bil-karozza’’ It-tnejn ferħu għal aħbar t’ommhom.

‘’Ħa nerġgħu nibdew noħorġu ma? Ġifieri mhux ser tibki aktar?’’ Qalilha binha ta’ sitt snin.

‘’Iva sabiħ, iva’’ Qaltlu b’leħinha mriegħed. Għaxar minuti wara t-tlieta li huma kienu jinsabu fil-karozza. Sandra startjat minnufih u bdiet issuq mingħajr ma kienet taf fejn sejra.

Dak il-ħin kellha konfużjoni sħiħa f’moħħha. Ma kinitx qed taħseb, riedet biss teħles mill-problemi kollha li kellha. Ma kelliex ma min tiftaħ qalbha għaliex il-familja tagħha kienet ilha ma tkellimhom is-snin wara li marret tgħix ma’ raġel li skonthom ma kienx jixirqilha. Kienet kuntenta mas-sieħeb tagħha speċjalment kif uliedha ġew fid-dinja. Kellha kollox sakemm darba waħda r-raġel li kienet tant tħobb marad u fi ftit xhur miet u ħalliha waħidha f’din id-dinja biex tkompli trabbi l-uliedhom.

Ippruvat timxi ‘l quddiem imma l-problemi li bdiet tiffaċja waħidha ħassithom kbar wisq għaliha. Kellha bżonn xogħol malajr iżda għalkemm sabet, il-paga tagħha ma kinitx biżżejjed biex tgħajjex lil uliedha u tħallas il-kirja tal-post. Saret taf ukoll li s-sieħeb tagħha ħalla xi dejn warajh u n- nies issa bdew jiġru warajha biex jitħallsu mingħandha. Għalxejn qaltilhom li hi ma kienet taf b’xejn u flus x’tagħtihom ma kelliex għax bdiet tirċievi ħafna theddid.

Imma issa daqshekk. Kienet deċiża li llum ittemm kollox għax ma setgħetx tibqa’ tgħix f’dik il-ħajja. L-irdum issa kien jidher aktar fil-qrib għalhekk għafset il-gas u kompliet issuq dritt lejh. Tat ħarsa ħafifa lejn it-tfal mill-mera tan-nofs u tbikkmet x’ħin rat il-ħarsa innoċenti tagħhom. It-tnejn li huma kienu jidhru ferħanin għal ommhom għax sa fl-aħħar ħarġithom mid-dar.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese