fbpx

B’tifkira – Alberto Castagna

Miktub minn
Reklam

Alberto Castagna beda jaħdem bħala ġurnalist għall-gazzetti ‘Il Piccolo’ u ‘Settimanale’. Fl-1982, iddebutta fuq it-TV f’programm tal-aħbarijiet.

Wara li rebaħ it-Telegatto bħala ‘Personaggio Maschile dell’Anno’, fl-1993 Castagna telaq ir-RAI u fl-1995, ippreżenta x-xow ta’ waranofsinhar fuq Canale 5 – Casa Castagna.

Alberto, però ma kienx jippreżenta biss. Fl-1998 kellu rwol bħala attur
fil-film ‘La villa dei misteri’ li kien jixxandar fuq l-istazzjon Retequattro.

Fl-istess żmien daħal l-isptar u ġibed l-attenzjoni tal-midja Taljana kollha.

F’April 2001 reġa’ daħal fit-TV bl-aktar programm popolari, Stranamore, li kien jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fuq il-Canale 5. Bla ebda dubju dan kellu suċċess kbir u mbagħad kien imċaqlaq għal Retequattro fl-2004. Fl-istess sena, Alberto mexxa skeda oħra ta’ divertiment għal Retequattro, ‘Cosa non farei’.

Fi Frar 2005, Alberto Castagna beda jippreżenta edizzjoni ġdida ta’ Stranamore, ma’ Emanuela Folliero. Dan il-programm kellu jieqaf ħesrem minħabba l-mewt tal-istess Alberto li miet bħal-lum 16-il sena ilu.

L-aħbar tal-mewt tiegħu ġiet imħabbra fuq it-televiżjoni minn Paolo Bonolis matul l-edizzjoni tal-festival San Remo.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese