fbpx

Joe Gatt u t-Teatru Pandora

Miktub minn
Reklam

Fid-disa’ programm ta’ X’Sar Minnhom? li jixxandar fuq TVM, kien hemm mistieden l-attur popolari Joe Gatt. Ħafna tiftakruħ bħala Bernard fis-serje Għeruq  u Charlie fis-sitcom popolari, Simpatiċi.

Joe beda mindu kien żgħir. Filfatt kellu biss 6 snin meta ħa sehem l-ewwel darba fil-play tal-iskola. B’linja waħda biss!

Kien isegwi l-famużi teatrini fil-Mosta u beda jaħdem fir-rediffusion billi kiteb ruxmata radio-plays.

Pero’ ftithuma li kontu tafu li Joe kien ikanta!!
Filfatt kien rebaħ il-Maltasong Festival u kiteb il-lirika tal-kanzunetti
Mhux Jien Mamà u Se Jaqali l-Pipi!

Interessanti kif minn poeżija, Joe kiteb novella. Minn dik in-novella kiteb produzzjoni għal palk bi 3 atti. Minn din il-produzzjoni bi 3 atti kiteb radio serial. Minn dak ir-radio serial ħarġet is-sensiela televiżiva Għeruq b’39 episodju.

Fit-tieni parti, it-Teatru Pandoru, fiż-Żejtun. Minn ġnien taċ-ċitru għall teatru. Teatru maestuż u modern. Dan inbena biex iservi kemm bħala ċinema, kif ukoll għall-produzzjonijiet u spettakli oħra.

Nies ta’ ċertu età ma kienux jitħallew jitilgħu jaraw film fil-gallerija. Dak kien post tan-namrati!

U xi ngħidu għal films tal-attriċi Edwige Fenech?!


Żmien sabiħ li beda jintemm ftit, ftit meta beda it-televiżjoni.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese