Illejla fuq TVM, jixxandar id-disa’ programm X’Sar Minnhom?
bil-preżentazzjoni ta’ Alisa Pavia.
Il-mistieden tagħha llejla se jkun l-attur popolari Joe Gatt. Però Joe mhux attur biss. Fil-programm se ssir taf affarijiet li forsi ma kontx taf!

Fit-tieni parti se tara x’sar minnu t-teatru Pandora, fiż-Żejtun.
X’kien isir fih? Kif kien minn ġewwa? Issa x’sar minnu?

Tinsiex. Illejla X’Sar Minnhom? fuq TVM fl-22:05