fbpx

Daqshekk – It-Tieni parti – Storja miktuba minn Mandy Cilia

Miktub minn
Reklam

Aqra l-ewwel parti hawnekk.

Kif qalgħet ħarsitha minn fuqhom biex tkompli ssuq lejn id-direzzjoni tal-irdum tara tfajla fit-tarf eżatt u dlonk kesħet. Waqfet il-karozza malajr u niżlet tiġri lejn dik it-tfajla.

‘’X’ser tagħmel?’’ Qaltilha. It-tfajla nħasdet għax dik l-azzjoni ma kinitx maħsuba fil-pjan tagħha. Għad-dehra ta’ Sandra qabdet tippanikja. Sandra ndunat għalhekk ppruvat tikkalmaha malajr kemm jista’ jkun. Ma kinitx faċli imma sa fl-aħħar irnexxielha. It-tfajla kien jisimha Amy.

‘’Kif qed tħossok?’’ Reġgħet qaltilha.

‘’Ma nafx, inħossni konfuża. Kont f’xifer l-irdum biex neħles minn kollox imma issa li għadni hawn ħdejk qed ninduna xi żball kont ħa nagħmel’’ Wieġbet Amy.

‘’Ismagħni Amy, jien ma nafx għaliex kont ser tagħmel hekk imma jekk trid tista’ tiftaħ qalbek miegħi’’

‘’Inqbadt tqila u ma nafx kif nista’ ngħid il-ġenituri tiegħi għax żgur ikeċċuni ‘l barra. Qalb inneħħi t-tarbija m’għandix għalhekk ridt li ntemm ħajti ma’ tagħha’’

Sandra qabditilha idha biex tagħmlilha ftit kuraġġ ‘’Ma nimmaġinax li l-ġenituri tiegħek jippreferu li jaraw lilek mejta mit-tarbija. Agħmel il-kuraġġ saqsihom u jekk ma ssibx għajnuna minn għandhom ngħinek jien tfittex l-għajnuna. Mill-ftit li nista’ nipprova ngħinek’’ Amy għannqet lil din il-mara li kienet għadha kemm salvatilha ħajjitha imbagħad kurżità feġġet f’moħħha. Sandra skantat bil-kuraġġ tagħha stess f’dawk il-minuti.

‘’U inti x’kont qed tagħmel lejn dawn in-naħiet?’’ Sandra ssummat għal din il-mistoqsija imma mbagħad qaltilha.

‘’Qed tara l-karozza tiegħi hemmekk? Mingħajr ma taf, inti għadek kif salvajt żewġ anġli minn ħalq il-mewt għaliex jien ġejt għall-istess raġuni tiegħek u miegħi kont ser intemm ħajjet uliedi wkoll’’

Għal dawk il-kliem Amy baqgħet imbellħa. Ma setgħetx temmen li dik il-mara li tant għamiltilha kuraġġ kienet ser tagħmel l-istess bħala. Tbissmitilha u qaltilha.

‘’Mela kif int wegħedtni l-għajnuna tiegħek jien ukoll lesta ngħinek jekk nista’’

Ftit tal-ħin wara it-tnejn li huma rikbu fil-karozza ta’ Sandra u telqu minn fuq l-irdum b’tama għal ħajja aħjar.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese