Issa li bdejna x-xahar ta’ Awwissu, se nwasslulkom dan l-oroskopju taħt iż-żodjaku ta’ LEO. Imwassal mill-astroloġista Pauljon.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan il-bidu taż-żodjaku ta’ Leo għalik l-istess Leo ser tgħaraf aktar lilek innifsek. Għalkemm għandek sitwazzjonijiet li għandhom bżonn ċertu attenzjoni issa huwa l-waqt li tieqaf u tirrifletti liema direzzjoni jaqbel li int timxi.
Għalhekk issa hemm bżonn iddur dawra madwarek u tgħaraf fil-profond il-vera bżonnijiet tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma l-kannella u l-isfar.
Id-dati li għal ideali għalik huma dawn: 3, 9 u15 ta’ Awwissu.
Iż-żodjaku li joffrilek ħeġġa pożittiva ġej minn Scorpio.
Il-kristalla ideali għalik hi t-Titanite.
Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva.
L-oroskopju dettaljat fuq il-paġna TEKTEK, illejla fis-19:30