F'dawra fuq l-internet ġie quddiemna dan ir-reklam tal-ħrieqi. Li ġibdilna l-attenzjoni hu l-fatt li fuq il-pakkett hemm ritratt ta' missier. Din mhix xi ħaġa ta' barra minn hawn però nammettu li din mhux soltu narawha. Speċjalment fuq prodotti bħall m'huma l-ħrieqi tat-tfal. Skont studju li ħareġ ftit taż-żmien ilu, ġie konkluż li l-missirijiet iqattgħu iktar ħin mill-ommijiet mal-ulied. Speċjalment dawk żagħar. Għaliex le?