Anthony Lucian Cauchi twieled Ħal Qormi (1948) u jgħix San Ġwann.
Studja l-arti fl-Iskola tal-Gvern tal-Arti (tpinġija u skultura), St. Joseph Technical (ċeramika), M.C.A.S.T. Ceramic School, Tarġa-Cap u l-Akkademja ‘Pietro Vannucci’ f’Perugia, l-Italja.
Anthony, bħala pittur, skultur u disinjatur, ġieli esebixxa xi xogħol minn tiegħu. Fosthom f’ Don Bosco Institute (Għawdex), German Maltese Circle (Il-Belt Valletta), Sta. Margerita Chapel (San Ġwann), Gran Hotel Carinthia (San Anton, Balzan), Archaeological Museum (Il-Belt Valletta), Mediterranean Centre (Il-Belt Valletta), National Museum of Fine Art (Il-Belt Valletta).
Esebixxa xi xogħol ukoll f’Londra, Helsinki, Lugano u Perugia.
Fl-1984 rebaħ il-midalja tal-Bronż, fl-International Postal Union Competition f’Lugano, l-Isvizzera u rebaħ medalja tal-bronż oħra fis-sena 1986, fl-istess kompetizzjoni imma din id-darba ġewwa Ruma.
Ix-xogħlijiet tiegħu jinstabu f’bosta djar Maltin, sptarijiet, fin-National Fine Art Museum, German Maltese Circle, f’sita ta’ wirt storiku u f’diversi ħwienet tal-ikel madwar il-gżira kollha.